
‘Ecce Homo’ – Mixja Biblika mat-toroq ta’ Birkirkara u Dramm tal-Passjoni
Il-mixja ħa tgħaddi minn Triq il-Wied, Triq in-Naxxar, Triq Anġlu Mallia, Triq l-Isqof Labini, Triq il-Kbira, Pjazza Sant’Elena, Triq Santu Rokku sa Triq il-Wied

Is-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own u l-Kummissjoni TEAK, fi ħdanha sejra torganizza mixja Biblika u dramm tal-Passjoni fit-toroq ta’ Birkirkara nhar is-Sibt 12 t’April fl-okkażjoni taż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Fl-4.30 pm nassistu għall-ħruġ tal-parata Rumana minn biswit il-Knisja l-Qadima sa ħdejn is-sede tas-Soċjetà fi Triq il-Wied. Fil-5.00 pm imbagħad toħroġ il-mixja Biblika li fiha jieħdu sehem aktar minn 300 persunaġġ, il-Banda Duke of Connaught’s Own taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Aurelio Belli, il-Qawra Scout Group u l-Legio x Fretenses. Din il-mixja tgħaddi minn Triq il-Wied, Triq in-Naxxar, Triq Anġlu Mallia, Triq l-Isqof Labini, Triq il-Kbira, Pjazza Sant’Elena, Triq Santu Rokku sa Triq il-Wied. Takkumpanja din il-mixja l-istatwa ta’ Kristu Redentur.
Wara, għall-ħabta tat-8.15 pm jibda Dramm tal-Passjoni bl-isem ta’ ‘Ecce Homo’. Dramm bi tmien episodji miktub minn Sandro Galan u direzzjoni ta’ Stephen Cutajar u Joelyne Scerri. F’dan id-dramm jieħdu sehem madwar 55 attur.