Lestu ruħkom biex tinħakmu mill-mużika hekk kif erba’ mill-aqwa talenti tal-jazz f’Malta ħa jġennu l-palk fit-Teatru Salesjan!

"Is-serata se tkun immexxija minn erba’ mill-iprem mużiċisti tal-jazz f’Malta”

Inżlu sat-Teatru Salesjan, Tas-Sliema, nhar is-Sibt 12 ta’ April, u lestu ruħkom għal serata jazz tassew movimentata u fuq tagħha. 

Is-serata se tkun immexxija minn erba’ mill-iprem mużiċisti tal-jazz f’Malta, jiġifieri jekk tħobb il-jazz, m’għandekx ta’ min titlifha lejla bħal din! 
Il-kwartett huwa magħmul minn Warren Galea (kitarra), Alan Portelli (bass), Dominic Galea (pjanu), u Luke Briffa (drums). Il-bibien jinfetħu fis-7:30 pm, waqt li l-kunċert jibda fit-8:30 pm. 

Stennew lejla mill-aqwa fejn ħa tisimgħu interpretazzjonijiet ta’ diski klassiċi mill-American Jazz Songbook, kif ukoll xi kompożizzjonijiet oriġinali tal-mużiċisti. 

Tistgħu tagħżlu bejn imwejjed ta’ 2, 4, jew 6 persuni fl-awditorju tat-teatru jew inkella post fil-gallarija, fejn għandkom għażla bejn imwejjed għoljin b’banketti għal tnejn min-nies, jew inkella tiered seating tradizzjonali. 

Uħud mill-imwejjed jinkludu wkoll flixkun inbid għal kull żewġ mistednin, sabiex tkunu tistgħu tgawdu l-lejla bl-għatx maqtugħ. 

Jekk interessati biex tattendu lejla ta’ jazz li mhux ħa tinsieha żgur, tistgħu taqtgħu l-biljetti tagħkom billi taċċessaw dil-ħolqa: https://tsmalta.com/events/jazz-4-tet/

More in Divertiment