Taħt il-qniepen tal-kappella ta' Kemmuna u l-baħar ikħal... Kapitlu Tlettax joħorġu b'diska unika

Kanzunetta ta’ imħabba bi stil mhux tas-soltu minn Kapitlu Tlettax

Kapitlu Tlettax f'kollaborazzjoni ma' Maria Ċini u Danica Muscat, ħarġu kanzunetta oriġinali b'mużika ta’ Dwardu Ravelle u lirika ta’ Joseph Mario Calleja, magħruf aktar bħala Joseph Kapitlu.

Fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, il-grupp tal-hip hop Malti stqarr li din hija kanzunetta bi stil mhux tas-soltu u dan għaliex mal-ewwelf tit sekondi dlonk tinduna li l-istill jinkludi reggaetton flimkien mal-hip hop u d-daqqa tal-vjolin ukoll. Fatt ieħor interessanti huwa li fiha aktar minn lingwa waħda, hekk kif il-lirika tgħaqqad il-Malti flimkien mal-Ispanjol u l-Portugiż.

Ir-rilaxx ta’ 'La Titlaqx' huwa l-ewwel wieħed għall-grupp Kapitlu Tlettax minn 'Ossiġnu', kollaborazzjoni ma’ Danica Muscat, li wasslet fil-finali tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija wara rispons b’saħħtu fis-serata tas-semifinali u anke d-dwett tas-silta Għal Dejjem ma’ Joe Carr fis-serata tal-klassiċi. Kien proprju dan l-avveniment li xpruna lil dawn iż-żewġ artisti sabiex jerġgħu jaħdmu flimkien.

Intant, jekk tixtiequ tisimgħu La Titlaqx. u taraw il-vidjo mużikali tagħha li ġie ffilmjat matul ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju, agħfsu hawn. Din il-kanzunetta għandha produzzjoni ta’ Cyprian Cassar minn Somnio Recording Studios, bi promozzjoni t’Ironic PR & Artist Management.

More in Divertiment