Single ġdida għal The Travellers

Ħames kanzunetti oriġinali bil-Malti fl-EP l-ġdida li se titnieda fit-8 ta' April

Wara s-suċċess li kisbu fl-ewwel single tagħhom, ‘Sempliċità’, The Travellers qed iniedu t‐tieni single tagħhom bl‐isem ta’ ‘Dak li Int’. 

Il‐kliem sempliċi f’din il-kanzunetta jiddeskrivi l-mument intimu u komuni fil-ħajja ta’ kull koppja. Is-sempliċità tal‐kanzunetta tikkumplimenta din l‐idea waqt li fl‐istess ħin tinstema’ kontemporanja. ‘Dak li Int’ hija miktuba fuq stil differenti mill‐ewwel single tagħhom. Dan il‐fatt juri kif din il‐band qed tipprova tesponi l‐lirika Maltija fuq stili mużikali differenti. Kemm ‘Dak li Int’, kif ukoll l‐ewwel single ‘Sempliċità’, jagħmlu parti mill‐EP tagħhom bl‐isem ta’ ‘Xemx u Xita’.

Dan l‐EP fih ħames kanzunetti oriġinali bil-lingwa Maltija. L‐EP ta’ The Travellers, ‘Xemx u Xita’ ser jiġi varat fit‐8 ta’ April ġewwa l-Grand Salon – Mużew Nazzjonali tal‐Arkeoloġija fil‐Belt Valletta.

More in Divertiment