Il-Kunsill Malti għall-Arti preżenta konferenza nazzjonali dwar l-edukazzjoni tal-arti
it-titlu, “Insawru l-Futur”, il-konferenza se tniedi diskussjoni nazzjonali dwar il-futur tal-edukazzjoni tal-arti f’Malta
Fit-30 t’Ottubru, il-Kunsill Malti għall-Arti tella’ Konferenza Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni tal-Arti, fil-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid. Il-konferenza serviet bħala pjattaforma nazzjonali għal djalogu, riflessjoni, u azzjoni dwar il-ġejjieni tal-edukazzjoni tal-arti f’Malta.
Din il-konferenza tinawgura l-pass li jmiss fi vjaġġ kontinwu għall-ħolqien ta’ Akkademja Nazzjonali għall-Arti Performattiva u Viżwali. Din l-idea ġiet proposta oriġinarjament fil-manifest elettorali ta’ Malta tal-2022, u ġiet żviluppata fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024–2030. Il-proċess ta’ riċerka beda fl-2024 bl-abbozzar ta’ rapport ikkummissjonat b’mod konġunt mill-Kunsill u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni lill-ARC Research and Consultancy.
Sa issa, il-konsultazzjonijiet ikkonfermaw il-potenzjal impressjonanti tas-settur, iżda wkoll jitfgħu dawl fuq l-isfidi urġenti li dan jaffaċċja, fosthom nuqqas ta’ finanzjament li ilu għaddej flimkien ma’ nuqqasijiet kbar fl-infrastruttura fost l-istituzzjonijiet.
Aktar minn twaqqif ta’ istituzzjoni awtonoma, ġdida għalkollox, ir-riżultati ta’ din ir-riċerka jippuntaw lejn mogħdija aktar strateġika u sostenibbli — l-iżvilupp ta’ ‘ekoloġija akkademika’. Dan il-mudell kollaborattiv jgħaqqad istituzzjonijiet eżistenti taħt viżjoni komuni, waqt li jirrispetta u jżomm l-awtonomija individwali tagħhom.
Il-konferenza ta’ ġurnata se laqqet esperti lokali u internazzjonali, edukaturi, artisti, studenti, mexxejja kulturali, u uffiċjali li jfasslu l-politika biex jesploraw approċċi ġodda għall-edukazzjoni tal-arti. Il-kelliema mistiedna, dawk fuq il-panel, kif ukoll min se jattendi, se jkollhom l-opportunità jaqsmu prattiċi li kisbu suċċess, kif ukoll jiddiskutu kif dawn l-ideat jistgħu jissawru biex jaqdu l-ħtiġiet ta’ Malta.
