![[L-ewwel parti] Assedji kbar fiċ-ċinema](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/assedji_trojja.png)
Endless Expressions — Titnieda l-esebizzjoni tal-artist Shawn Carl Agius
Endless Expressions mhijiex biss wirja ta’ arti — hija stedina biex nieqfu, inħossu, u nisimgħu dak li jista’ jkun qed jgħid il-kulur
.png)
“Endless Expressions” hija l-esebizzjoni tal-artist Shawn Carl Agius, fejn huwa jesplora s-setgħa siekta tal-kuluri fil-Mużew Wignacourt Rabat, Malta, mill-14 ta’ Ġunju sat-2 ta’ Lulju 2025. Permezz ta’ sensiela ta’ xogħlijiet emozzjonanti astratti, Agius jistieden lill-viżitaturi jirriflettu fuq kif il-kulur jaffettwa s-sentimenti, il-ħsibijiet u l-memorji tagħna — anke mingħajr lanqas biss nindunaw.
Bħala bniedem li jbati mill-anzjetà, Agius jaħrab minn din id-dinja jqatta’ ġranet joħloq dawn il-pitturi li huma mibnija bil-mod u b’paċenzja kbira, b’saffi ta’ tikek u dellijiet. Agius juża l-forma astratta, mhux biex jispjega, imma biex iqanqal u jħalli lill-kulur jitkellem waħdu. Ir-riżultat hu esperjenza emozzjonali immersiva li ġġiegħlek tħoss u taħseb.
“Il-kulur jinfluwenza ħajjitna kontinwament,” jgħid Agius. “Aħna nirreaġixxu miegħu istintivament, anke meta ma nkunux konxji. Din il-wirja tittratta proprju dik ir-rabta siekta.”
Bħala Rabti b’qalbu fil-komunità, Agius iġib miegħu, kemm sens ta’ identità lokali, kif ukoll influwenza artistika internazzjonali. Endless Expressions mhijiex biss wirja ta’ arti — hija stedina biex nieqfu, inħossu, u nisimgħu dak li jista’ jkun qed jgħid il-kulur.