It-traġikummiedja ‘The Beauty Queen of Leenane’ issa f’Malta ġewwa l-MADC

Il-kumpanija MADC qed ittella’ produzzjoni ta’ ‘The Beauty Queen of Leenane’ b’dati fi Frar u Marzu 2024

Il-kumpanija MADC qed ittella’ produzzjoni ta’ ‘The Beauty Queen of Leenane’ b’dati fi Frar u Marzu 2024. 

Id-dramm ‘The Beauty Queen of Leenane’ isegwi r-relazzjoni intensa bejn mara u omm anzjana, li tilħaq il-qofol tagħha bl-ikrah. Dan is-suċċess internazzjonali ttella’ għall-ewwel darba minn The Druid Theatre Company f’Galway fl-1996. F’dawn ix-xhur li ġejjin, l-MADC (Malta Amateur Dramatic Club) se ġġib dan id-dramm f’Malta. 

Din it-traġikummiedja tirrakkonta l-istorja ta’ Maureen Folan, mara sempliċi u solitarja ta’ 40 sena. Peress li hija l-persuna li tieħu ħsieb lil ommha Mag li għandha 70 sena, hija dejjem ħassitha marbuta ma’ ħajja sempliċi fir-raħal rurali Irlandiż tagħha, Leenane. Wara li tingħaqad ma’ Pato, ħaddiem tal-kostruzzjoni li jmur ’il quddiem u lura bejn Londra u Leenane, Maureen tikseb dak li jista’ jkun l-aħħar ċans tagħha għall-imħabba.  

Però, ommha Mag hija dgħajfa iżda wkoll manipulattiva, u hi biħsiebha tagħmel minn biex kollox biex iċċaħħad lil bintha din l-opportunità. Għalhekk, Mag tibda tmaqdar lil bintha stess minn wara daharha, taħbi ittri minn Pato, u anke tikxef affarijiet personali u imbarazzanti dwar il-passat ta’ bintha. ‘The Beauty Queen of Leenane’ inkiteb minn Martin McDonagh, li ġie nominat għall-Oscar erba’ darbiet, u hu l-aktar magħruf għal ‘Three Billboards Outside Ebbing’, ‘Missouri’, u riċentement, ‘The Banshees of Inisherin’.  

Din il-produzzjoni se tinkludi l-atturi lokali Isabel Warrington, Andrea Pace, Nicholas Jackman u Alex Weenink, taħt id-direzzjoni ta’ Adrian Buckle. Bħalissa hemm sitt dati; mit-23 sal-25 ta’ Frar, u mill-1 sat-3 ta’ Marzu 2024. Kull reċta se sseħħ fl-MADC Playhouse ta’ Santa Venera, mis-7.30 pm sad-9.15 pm. 

Il-biljetti jiswew €25 u jistgħu jinxtraw mis-sit tal-MADC www.madc.com.mt. Din il-produzzjoni hija appoġġata mill-Ambaxxata tal-Irlanda f’Malta. Ir-reċta mhijiex adattata għal persuni ta’ taħt is-16-il sena. Din l-interpretazzjoni ta’ ‘The Beauty Queen of Leenane’ qed tiġi prodotta b’arranġament ma’ Concord Theatricals Ltd, f’isem Samuel French Ltd. 

 

 

More in Arti