Etimoloġija | Minn fejn ġejja meta ngħidu 'x'fettilu?' Taf lil xi ħadd 'bil-faħam miblul?'
Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+
Ġieli ġejt f'sitwazzjoni fejn ma tkunx tista' tifhem x'għadda minn moħħ xi ħadd li jkun għamel xi azzjoni li qatt ma stennejtha minnu? Ġeneralment ngħidu: "Imma dan x'fettillu?"
Kont taf li l-etimoloġija ta' din l-espressjoni tirreferi għas-sengħa tal-ħbula?
Apparti minn hekk żgur li ġieli smajt jew użajt l-idjoma "faħam miblul." Taf minn fejn ġejja?
Il-programm qed jittella' bl-għajnuna ta' BDL Books. Żur is-sit bdlbooks.com
More in Arti