Filmat | Minn fejn ġejja din tad-di u d-do u xi nfisser meta ngħid 'mhux f'sikkti?' Ara hawn
Il-programm Etimoloġija li jixxandar kull nhar ta' Tnejn fuq TVMnews+ qed jesplora l-kurżitajiet wara kliem u idjomi fil-Malti li nużaw ta' kuljum

Ġieli qomt filgħodu u ma kont tiflaħ tagħmel xejn, iċċempel ix-xogħol u tgħidilhom li mhux sejjer għax "mhux f'sikkti?"
Jew inkella taf xi żewġt iħbieb li dejjem ikunu flimkien tant li qishom "id-di u d-do?"
Dawn iż-żewġ espressjonijiet nużawhom kontinwament imma xi jfissru eżatt? Minn fejn ġejjin? Il-programm Etimoloġija jispjegalek.
Dan il-programm qed jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+
More in Arti