Kunċert ta' mużika Rock biex jitfakkar Erich il-Punk

Matul il-kunċert se jinġabru wkoll fondi b'risq studenti li jeħtieġu attenzjoni partikolari

Erich il-Punk (it-tieni mix-xellug) flimkien mal-band tiegħu
Erich il-Punk (it-tieni mix-xellug) flimkien mal-band tiegħu

Erich Il-Punk. Ħafna jiddeskrivuh bħala l-leġġenda, ir-raġel b’qalb tad-deheb u il-pijunier tax xena Punk f’pajjiżna. Miet f’salt fl-24 ta’ Frar iżda l-memorja tiegħu għadha ħajja fost il-ħafna ħbieb u segwaċi tiegħu.

Kunċert se jfakkar, jiċċelebra u jonora l-ħajja tiegħu hekk kif kien iħobb, permezz tal mużika u l-karità.

Matul ħajtu Erich wettaq diversi atti ta’ karità. B’hekk permezz ta' dan il-kunċert bit-titlu ‘’ABSTRASS tribute concert’’ in memory of Erich Il-Punk' ser jinġabru fondi għal studenti li jeħtieġu attenzjoni partikolari.

Se tinħareġ ukoll edizzjoni limitata ta CD’s bl-isem ta ‘’Hard To Understand – The Final Chapter’’ li ser tkun qed tinkludi diversi intervisti li saru l-Erich matul ħajtu kif ukoll id-diski kollha tiegħu u diska partikolari li qatt ma nstemgħet minn ABSTRASS.

Il-kunċert se jsir fit-30 ta’ April ġewwa The Garage, Żebbuġ. The ALAZO BOMBS ser ikunu qed jiftħu l kunċert, ABSTRUSE li tinkludi exks membri mill-band ABSTRASS tas-snin 1980 –1988 li ngħaqdu apposta għal dan il-kunċert.

Warajhom ser ikun hemm  X-Vandals bil-membru il-ġdid tagħhom Albert Bell fuq il-kitarra u finalment ABSTRASS tribute fejn ser idoqqu set tad-diski kollha mir-reportwarju tagħhom.

Karen ‘’Grinder’’ Micallef ser tkun qed tingħaqad ma' X-Vandals u ABSTRASS tribute fejn ser tkun qed tagħti t-tislima tagħha lil Erich flimkien ma' mistiedna oħra speċjali li ser issiru tafu minhu jew hi dakinhar waqt il-kunċert stess.

More in Arti