Live | L-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tat-Tberik taż-Żjut

Din hija l-uniku quddiesa li ssir dalgħodu u mal-Arċisqof jingħaqdu s-saċerdoti djoċesani u r-reliġjużi

Ritratt | Il-Knisja f'Malta
Ritratt | Il-Knisja f'Malta

Dalgħodu, madwar id-dinja kollha ma jsirx quddies ħlief quddiesa waħda li jiċċelebraha l-Isqof tad-Djoċesi flimkien mas-saċerdoti djoċesani u r-reliġjużi.

Matul din iċ-ċelebrazzjoni, magħrufa wkoll bħala l-Quddiesa tal-Griżma, jitbierku ż-Żjut li jintużaw għas-Sagramenti matul is-sena kollha, fosthom fil-Griżma tal-Isqof, il-Griżma tal-Morda, l-Ordni Sagri u oħrajn.

F'din il-Quddiesa, mal-Arċisqof jikkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom. 

L-istess saċerdoti u reliġjużi jieħdu ż-Żjut imbierka waqt din iċ-ċelebrazzjoni fil-knejjes rispettivi tagħhom.

Illejla, l-Arċisqof jiċċelebra wkoll it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, liema ċelebrazzjoni ssir fil-knejjes kollha. Fi tmiemha, jiġi ttrasportat is-Sagrament lejn l-Artal tar-Repożizzjoni, magħruf aktar bħala s-Sepulkru.

Dan is-sit se jkun qiegħed ixandar live ukoll din iċ-ċelebrazzjoni.

More in Arti