215 Collective b'diska ġdida

Il-grupp żgħażugħ Malti ħareġ diska ġdida bl-isem 'What You Want'

215 Collective, il-grupp ta' rappers Maltin ħarġu diska ġdida bl-isem ta' What you Want'. Is-sena li għaddiet huma kienu ħarġu l-ewwel diska tagħhom bl-isem ta' 'Feel about it' , diska li kienet ntlaqgħat tajjeb ħafna mix-xena mużika Maltija.

Il-grupp jikkonsisti fi tliet persuni u huma kollha ta'20 sena; Eddie Fresco, Yannick Yankam u Aidan Caro Spiteri(Caro). 

215 Collective huma għal madwar sena u seba' xhur flimkien, u din id-diska hi t-tielet waħda.

Il-grupp jagħmel l-editjar u l-iżvilupp kollu tad-diska tagħhom.

 

More in Arti