Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irrapporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej.
Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali. Fl-aħħar erba' snin il-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt raw żieda notevoli fin-numru ta' qarrejja, fiċ-ċirkolazzjoni kif ukoll fil-bejgħ. F'Ġunju 2019 kien varat is-sit illum.com.mt, b'dehera ġdida