Editorjal | Ir-responsabbilità jeħtieġ tinġarr ...

Xi ħadd jeħtieġ jerfa’ r-responsabbilità ta’ dak li ġara u ta’ dak li għandu jsir

Dak li ġara lbieraħ, meta waqgħet blokka sħiħa ta’ appartamenti setgħet issarrfet fi traġedja ħafna ikbar. Għall-grazzja ta’ Alla, jidher sal-ħin illi qed jinkiteb dan l-editorjal din ġiet evitata.

Minkejja dan iżda, dan m’għandux ikun ta’ soljev għal ħadd. Anke li ġrat darba dil-ħaġa, aħseb u ara li ġrat darbtejn f’temp ta’ ftit ġimgħat. Għalkemm professuri fil-bini m’aħniex, mhux kumbinazzjoni li fiż-żewġ każi, maġenb il-blokka li waqgħet kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni/skavar. Dan għandu joħloq numru ta’ mistoqsijiet serji li jeħtieġu tweġibiet.

L-ewwel nett, ċerti li x-xogħol ta’ skavar, pereżempju, sar sew? Nafu fiex qed inħaffru? Nafu x’tip ta’ blat qed inħaffru u fejn dan il-blat huwiex b’saħħtu biżżejjed? Min huwa responsabbli għall-fatt li litteralment intilfet dar ta’ xi ħadd? Il-persuni li qed jagħmlu x-xogħol, f’livelli u saffi differenti – jekk hux il-kuntrattur jew inkella l-perit – qed jagħmlu dan ix-xogħol kif suppost?

Naturalment, aktar minn kollox, dan huwa inċident ikrah. Però rridu naraw illi xi ħaġa simili tkun evitata billi jkun hemm infurzar tal-liġi iżda wkoll għarfien dejjem aktar tal-blat li qed inħaffru fih

Il-Prim Ministru għandu raġun meta jgħid illi jeħtieġ li tinġarr ir-responsabbilità. Imma, anke l-Gvern u l-entitajiet tiegħu jridu jġorru r-responsabbilità. Fejn huwa l-infurzar? Għaliex mhux qed isir biżżejjed, għad-detriment tar-residenti? Se jieħu responsabbilità min suppost qed jara illi jsir l-infurzar?

Naturalment, aktar minn kollox, dan huwa inċident ikrah. Però rridu naraw illi xi ħaġa simili tkun evitata billi jkun hemm infurzar tal-liġi iżda wkoll għarfien dejjem aktar tal-blat li qed inħaffru fih.

Xi ħadd jeħtieġ jerfa’ r-responsabbilità ta’ dak li ġara u ta’ dak li għandu jsir.

Il-partiti ż-żgħar tilfu opportunità tad-deheb

Ftit ġimgħat ilu dan l-editorjal kien iddedikat għall-bżonn illi l-partiti ż-żgħar jagħrfu li dan huwa l-aqwa mument biex jagħmlu d-differenza. Huwa ċar li dawn m’għamlux dan u reġgħu kisbu riżultat li huwa pjuttost medjokri.

Il-partiti ż-żgħar huma parti mill-problema, għaliex għal darba wara oħra m’offrewx irwieħhom bħala parti mis-soluzzjoni b’ideat ċari u firski, b’kampanja elettorali effettiva. Dan ikompli jsaħħaħ d-duwopoli tal-PN u tal-PL, li mhux qed isibu oppożizzjoni b’saħħitha biżżejjed fil-partiti ż-żgħar.

Dawn iż-żewġ partiti kellhom opportunità tad-deheb illi f’elezzjoni seta’ kien hemm aktar voti ta’ protesta jingħaqdu u jkunu forza iktar b’saħħitha. Imma jidher illi ċerti egos mhux qed iħallu dan jiġri

Il-PD għamel diversi żbalji banali u kellu kampanja mill-aktar fqira bi ftit dehriet fil-pubbliku. Dan il-partit għamel l-iżball kardinali li qasam il-voti tiegħu meta stratreġikament kien jagħmel ħafna iktar sens illi kieku ħarġu Cami Appelgren jew Godfrey Farrugia biss.

L-AD ukoll kellha riżultati ħżiena. Dan il-partit tilef ħafna mir-rilevanza tiegħu llum u sar iktar jixbah pressure group milli partit politiku.

Dawn iż-żewġ partiti kellhom opportunità tad-deheb illi f’elezzjoni seta’ kien hemm aktar voti ta’ protesta jingħaqdu u jkunu forza iktar b’saħħitha. Imma jidher illi ċerti egos mhux qed iħallu dan jiġri. X’ħasra! Speċjalment meta wieħed jiftakar illi fuq l-aktar kwistjonijiet importanti għall-pajjiż, il-PD u l-AD jaqblu.

Il-futur tal-partiti ż-żgħar huwa inċert għall-aħħar għax jekk lanqas għamlu ħoss f’elezzjoni li mhix se tbiddel gvern u illi fiha jkun ikbar il-vot ta’ protesta, aħseb u ara kemm se jkollhom suċessi meta niġu għall-elezzjoni ġenerali.

Il-Labour fil-Belt Valletta

Alfred Zammit, is-Sindku l-ġdid tal-belt kapitali għandu toqol kbir xi jġorr. Għandu t-toqol ta’ sindku tal-belt kapitali, però wkoll qed iġorr ir-responsabilità tal-ewwel Sindku Laburista f’din il-lokalità, jiġifieri l-Beltin u l-Maltin u l-Għawdxin se jkunu qed iħarsu lejh bħala riflessjoni ta’ x’bidliet kapaċi jagħmel Partit Laburista.

More in Blogs