Alexander Demarco jilħaq Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta

Demarco se jservi f'dan l-irwol għall-ħames snin li ġejjin

Alexander Demarco ġie maħtur il-Gvernatur il-ġdid tal-Bank Ċentrali ta' Malta mill-President ta' Malta nhar l-Erbgħa b'effett mill-1 ta' Jannar tal-2026 wara li ġie approvat bħala gvernatur unanimament mill-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi. 

Demarco serva bħala Aġent Gvernatur mill-1 ta' Awwissu 2024 sal-31 ta' Lulju 2025 wara li Edward Scicluna niżel minn din il-kariga minħabba r-rabtiet tiegħu mal-każ tal-Vitals u ta r-responsabbilta' ta' gvernatur lil Demarco. Il-Bank Ċentrali nnotta li fil-perjoda li Demarco għamel parti mill-Bord Konġunt għall-Istabbilita' Finanzjajrja u membru votanti tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew bħala Aġent Gvernatur.

Barra minn hekk, Demarco kien id-Deputat Gvernatur mill-1 ta' Jannar 2014 fejn kellu r-responsabbilta' tal-Istabbilta' Finanzjarja u kien ukoll membru tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. F'Awwissu tal-2017, huwa kien inħatar l-irwol ta' Deputat Gvernatur responsabbli għall-Politika Monetarja.

Il-Gvernatur il-ġdid kien involut b'mod attiv kemm fit-tħejjijiet kif ukoll fin-negozjati ta' Malta għas-sħubija fl-UE u wkoll mal-parteċipazzjoni ta'Malta fil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju qabel ma Malta ssieħbet fiż-żona tal-Ewro.

More in Socjali