L-ewwel semi-finali tal-Eurovision: dawn huma l-kanzunetti li għaddew għall-finali tas-Sibt

Il-Eurovision fetaħ b’wirja spettakolari fl-ewwel semi-finali, fejn għaxar pajjiżi kisbu post fil-finali tas-Sbt

Ritratt: Eurovion Song Contest
Ritratt: Eurovion Song Contest

Il-Eurovision Song Contest reġa’ għamel festa ta’ mużika u spettaklu matul l-ewwel semi-finali li sar ilbieraħ, fejn għaxar pajjiżi rnexxielhom jassiguraw post fil-finali li se jsir is-Sibt 17 ta’ Mejju.

L-ispettaklu, ġab miegħu varjetà ta’ stili mużikali, spettakli viżwali u mumenti emozzjonanti. Il-pajjiżi li għaddew għall-finali huma: l-Albanija, l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Portugall, l-Estonja, l-Olanda, il-Polonja, San Marino, l- Iżvezja u l-Ukrajna

Il-kompetizzjoni kienet waħda spettakolari, b’kanzunetti li varjaw minn dawk sentimentali għal produzzjonijiet moderni..

Għada, il-Ħamis, se jsir it-tieni u l-aħħar semi-finali, fejn se naraw lil Malta fuq il-palk tagħti l-aqwa tagħha biex tgħaddi għall-finali tas-Sibt. Din se tkun l-aħħar opportunità biex pajjiżi oħra jiksbu l-voti meħtieġa għall-finali.

More in Socjali