Kors dwar il-kultura u l-patrimonju Malti issa offrut fl-Università ta’ Malta

Tħaddan passjoni lejn il-kultura u l-patrimonju Malti u tixtieq twessa’ t-tagħrif tiegħek fuq aspetti varji li jiddefinixxu l-identità Maltija? 

Tħaddan passjoni lejn il-kultura u l-patrimonju Malti u tixtieq twessa’ t-tagħrif tiegħek fuq aspetti varji li jiddefinixxu l-identità Maltija?

L-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta’ Malta qed joffrilek din il-possibbiltà, b’kors akkademiku f’livell ta’ Master fuq aspetti interdixxiplinari li jeżaminaw l-identità kulturali, il-patrimonju artistiku, arkitettoniku u naturali ta’ Malta.

Il-kors jikkonsisti f’tagħlim fuq suġġetti li jiddefinixxu l-identità tagħna l-Maltin, inkluż tagħrif fuq l-ikel Malti, il-festi, il-mużika, l-arti, l-arkitettura, ir-reliġjon, il-familja, u diversi aspetti oħra li jagħmluna Maltin.

L-applikazzjonijiet ta’ dan il-kors huma miftuħin bħalissa u jagħlqu nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju, fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar.

Il-kors miftuħ għal min għandu grad ta’ Baċellerat mill-Università ta’ Malta jew kwalifiki ekwivalenti. Min m’għandux dawn il-kwalifiki, jista’ jiġi kkonsidrat mill-proċess ta’ Recognition of Prior Learning.

Għal aktar informazzjoni fuq dan il-kors, tista’ tattendi Zoom meeting li se jsir fit-3 ta’ Lulju fin-12.30 p.m. Biex tirreġistra għal dan il-meeting jew għal aktar informazzjoni żur is-sit ta’ Facebook, jew tista’ tibgħat email fuq: [email protected], jew iċċempel fuq 23402566/3305.

More in Socjali