Myriam Spiteri Debono bil-possibilità li tkun president ta’ Malta

Isem Spiteri Debono ssemmi aktar kmieni din il-ġimgħa hekk kif twaqqfu it-taħditiet dwar il-kariga, Il-PN se jkun qed ilaqqa' lill-membri fil-jiem li ġejjin 

Il-gazzetta oħt, MaltaToday, ġiet infurmata li l-eks Speaker Myriam Spiteri Debono af tkun il-president li jmiss ta’ Malta, iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim.

Isem Spiteri Debono ssemmi aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Prim Ministru Robert Abela lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, hekk kif waqfu t-taħditiet bejn il-gruppi dwar min se jkun il-president li jmiss. 

Il-leġislatura ta’ George Vella tasal fi tmiemha f’April, u dik il-persuna li se tkun president tirrikjedi l-maġġoranza ta’ żewġ terzi minn tal-voti biex tkun eletta. 

Spiteri Debono, 72 sena, kienet l-ispeaker tal-kamra bejn l-1996 u l-1998. Hija kienet l-ewwel mara li qatt okkupat din il-kariga. Hija kienet ukoll ikkontestat f’elezzjonijiet f’isem il-Partit Laburista. 

Sorsi qalu li Grech se jkun qiegħed iħejji laqgħat mal-grupp parlamentari Nazzjonalista dwar dan il-każ. 

Il-Partit Nazzjonalista nnomina lil Spiteri Debono għall-irwol ta’ Kummissarju tal-Istandards f’Jannar 2023, iżda hija qalet li ma kinitx interressata fl-irwol. 

F’taħdita fl-2021 f’Jum il-Vitorja, Spiteri Debono fakkret fil-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u appellat għall-fidwa nazzjonali. 

“Kienet mewta li ħasditna. Diffiċli, anzi impossibbli, li tagħlaq il-ferita li sofriet il-familja tagħha, in-niket ta’ dawk li ħabbewha...Irridu ningħaqdu, kif għamilna fil-passat, għall-bidliet meħtieġa ta’ żmienna, bidliet li diġà bdejna nagħmlu,” kienet qalet Spiteri Debono.

More in Socjali