Żgħażagħ Maltin fost l-inqas persuni ferħanin fl-UE

Rapport juri li Malta qiegħda fl-40 post meta mqabbla ma' 143 pajjiż madwar id-dinja

Ir-Rapport annwali tal-Ferħ Dinji żvela li żgħażagħ Maltin taħt it-30 sena huma l-inqas nies ferħanin fl-Unjoni Ewropea. 

Malta sabet ruħha fis-57 post, qalb il-pajjiżi ewropej. 

Dan ir-rapport annwali huwa pubblikazzjoni kkumissjonata min-Netwerk ta' Soluzzjonijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u jvarja pajjiżi skont diversi fatturi relatati ta’ ferħ u l-benesseri, bħal salarju, sapport soċjali, libertà għad-deċiżjoni, ġenerożità, perċepzzjonijiet. 

Ir-rapport juri li Malta qiegħda fl-40 post meta mqabbla ma' 143 pajjiż madwar id-dinja. 

Minkejja li żgħażagħ Maltin ma jinsabux ferħana, gruppi ta’ etajiet oħra jinsabu ferm aktar ferħana milli kienu 15-il sena ilu. 

Dawk ta’ bejn 45 u 59 sena rreġistraw bħala l-iktar nies ferħana, żieda ta’ 0.8% meta mqabbel mal-perjodu tal-2006 u tal-2010. Dawk ta’ ‘l fuq minn 60 sena rreġistraw żieda ta’ 0.6%. 

B’kollox, il-ferħ f’Malta ra żieda ta’ 0.39%.

Skont ir-rapport, fil-Finlandja l-iktar grupp ferħan huwa dak ta’ persuni ta’ iktar minn 60 sena. L-inqas grupp ferħan kien dak ta’ 30 sena. 

Wara l-Findlandja, hemm id-Danimarka, l-Islanda, l-Isvezja, u l-Iżrael.

More in Socjali