Aktar minn 170,000 turist żar Malta f'Jannar 2024

F’Jannar tal-2024, l-għadd sħiħ tat-turisti li waslu Malta kien stmat li jlaħħaq il-172,021, li huwa żieda taʼ 26.3 fil-mija meta mqabbel maʼ Jannar 2023

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NS0), f’Jannar 2024 159,807 turisti żaru Malta għal btala, mentri 8,030 turist ġie Malta għal raġunijiet taʼ xogħol. 

Skont l-istħarriġ, l-akbar għadd taʼ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena (40.1%); warajhom kien hemm dawk fl-età taʼ bejn il-45 u l-64 sena (30.4%). 

46.0% tat-turisti li waslu Malta kienu residenti mill-Italja, mir-Renju Unit u mill-Polonja. 

Meta mqabbel ma’ Jannar 2023, l-għadd sħiħ tal-iljieli mqattgħin Malta niżel bi 2.1%, u qabeż il-1.0 miljun lejl. 

79.4% taʼ dawn l-iljieli kienu mgħoddijin fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija. It-tul medju taʼ dawn iż-żjajjar kien jammonta għal 5.9 iljieli. 

F’Jannar 2024, in-nefqa sħiħa tat-turisti qabżet il-€109.9 miljuni, li hija żieda taʼ 10.9% minn Jannar 2023. L-infiq medju kull lejl kien stmat li kien €108.9. 

L-istess stħarriġ żvela li n-numru rata’ turisti li żaru Għawdex u Kemmuna, kemm dawk li qagħdu għal matul il-jum kif ukoll dawk li raqdu hemm, ammontaw għal 61,493 jew 35.7% tat-turisti kollha.  

More in Socjali