Tum Invest tipproponi 113 appartament fuq art agrikola f'Ħal Qormi

Art li tinsab f'żona ta' żvilupp ġiet proposta li tinbidel f'żona residenzjali li tkopri 3,928sq.m tas-sit

Tum Invest qed tipproponi żvilupp ta' 113 appartament, tliet idjar u żewġ kaffeteriji f'enklavi aħdar f'żona ġewwa Ħal Qormi. 

L-iżvilupp residenzjali se jkun qed jinbena fuq erba' sulari u żewġ sulari mnaqqsa. L-applikazzjoni tinvolvi wkoll tħaffir ta' tliet sulari taħt l-art li se jinvolvu parkeġġ, sebat iħwienet u gym. 

l-applikazzjoni kienet ippreżentata minn Silvan Fenech, id-direttur ta' Tum Invest. L-iżvilupp se jkopri 3,928sq.m tas-sit bejn Triq il-Ħelsien, Triq ix-Xitwa and Triq in-Naħal. Din l-applikazzjoni ħadet post applikazzjoni oħra li kienet ippreżentat fl-2023 li kienet tinvolvi żvilupp ta' 49 appartament. 

L-aħħar applikazzjoni turi li se tinżamm farmhouse li tmur lura sas-sekli 18 u 19, illi fiha għorfa u remissa.  

Is-supretendent tal-wirt kulturali laqa' din iż-żamma ta' struttui qodma mingħajr ma eskluda l-iżvilupp, appellat għall-aktar impenn mal-perit fil-formulazzjoni tal-pjanijiet taż-żona. 

L-applikazzjoni għarrfet li l-iżvilupp se jirriżulta fit-twaqqigħ tas-siġar taż-żona, li fiha żewġ siġar kbar tal-ficus u anke t-tneħħija tal-ħitan tas-sejjieħ. 

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ma oġġezzjonatx għall-proposta tal-iżvilupp, filwaqt li ssuġġerit li s-siġar jinqalgħu u jittieħdu f'post ieħor. L-Awtorià talbet ukoll lill-iżviluppatur biex jipprovdi informazzjoni fuq iż-żeda tat-traffiku ta' kuljum iġġenerat minn dan l-iżvilupp.

Fl-applikazzjoni Fenech jgħid li s-sit mhuwiex tiegħu, però għandu l-kunsens tas-sidien biex japplika għall-iżvilupp propost. 

Iż-żona hija maħsuba fi pjan lokali ta' żvilupp residenzjali li tikkonsisti f'tliet sulari u semi-kantina, li matul l-aħħar snin hija interpretata li fiha għoli ta' 17.5m, fejn l-iżviluppaturi kapaċi jibnu erba' sulari u sular ta' penthouse. 

F'dan il-każ, il-pjanijiet jirrevedu sular imnaqqas. L-Awtorità tal-Ippjanar, l-ewwel trid tapprova l-massa, l-għoli u l-permessi li jistgħu jintużaw qabel ma tkun ikkunsidrata l-applikazzjoni tal-ippjanar, li jfisser li x-xogħol jista' jibda. 

Bħalissa, l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tassessja ż-żona ppreżentata tal-applikazzjoni minn Ray Fenech, A&A properties, biex jinbidel l-allinjament tat-toroq fuq iż-żewġ naħat ta’ Triq il-Ħelsien u Triq id-Dragun u tinħoloq bankina. 

More in Socjali