4.3 miljun persuna jinsabu taħt status ta' protezzjoni temporanja fl-UE

Minn statistika maħruġa mill-Eurostat, l-iktar tliet pajjiżi b'influss ta' Ukreni li telqu minħabba l-invażjoni Russa huma l-Ġermanja, il-Polonja u ċ-Ċekja

Sal-31 ta’ Jannar 2023, iktar minn 4 miljun ruħ telqu mill-Ukrajna u jinsabu taħt status ta' protezzjoni temporanja fi ħdan l-Unjoni Ewropea. 

Minn 4.3 miljun persuna, 46.1% huma nisa, 33.2% huma tfal u 20.7% huma rġiel. 

Minn statistika maħruġa mill-Eurostat, l-iktar tliet pajjiżi li laqgħu fihom Ukreni li kellhom jitilqu minn pajjiżhom u jsibu rifuġju x’imkien ieħor, kienu l-Ġermanja , il-Polonja u ċ-Ċekja. 

L-istatistika tgħid li l-Ġermanja offriet kenn lill-iktar minn 1.2 miljun persuna (29.5%), il-Polonja qed toffri protezzjoni lill-iktar minn 950,000 persuna (8.9%) u ċ-Ċekja qed toffri protezzjoni lill-iktar minn 380,000 persuna (8.9%). 

Meta kkumprat mas-sena ta’ qabel, fl-2023, l-iktar tliet pajjiżi li raw żieda mis-sena ta’ qabel kienu infatti l-Ġermanja, ċ-Ċekja kif ukoll Spanja. 

Mill-banda l-oħra l-istess statiska turi li ħames pajjiżi ewropej esperjenzaw tnaqqis mill-2023 sal-2024. Dawn huma l-Italja (tnaqqis ta’ 11.2%), il-Polonja (tnaqqis ta’ 0.3%), l-Estonja (tnaqqis ta’ 0.6%), Franza (tnaqqis ta’ 0.3%) u Lussemburgu (tnaqqis ta’ 0.2%)

F’Marzu 2022, il-Kunsill Ewropew kien stabilixxa deċiżjoni li minħabba l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, ġie introdott status ta' protezzjoni temporanja mill-Unjoni Ewropea lil dawk iċ-ċittadini li telqu mill-Ukrajna. 

F’Settembru 2023, il-Kunsill Ewropew kien estenda l-istatus ta' protezzjoni temporanja għal dawk affettwati mill-invażjoni Russa sal-2025. 

More in Socjali