Bosta lokalitajiet f’Malta jinsabu miksija bis-silġ, hekk kif aktar maltemp qed jolqot il-gżira.
L-Uffiċċju Metereoloġiku, il-Ħamis bassar li għalkemm ix-xemx u t-temperatura sħuna kienu se jagħtu merħba l-Karnival, it-temp kellu jiġi griż, skur u kiesaħ sal-aħħar tal-ġimgħa.
Temp instabbli u bir-riħ beda’ is-Sibt wara nofsinhar, bi ftit lokalitajiet jesperjenzaw ukoll xita u ftit rgħad.
Il-Ħadd filogħdu l-ġurnata bdiet aħjar iżda mat-tokki tat-2:00pm it-temp qaleb bir-riħ jiżdied.
Bejn buffuri tar-riħ u ħalbiet tax-xita, Malta rat ukoll silġ jiksi t-toroq u l-karozzi.