[FILMAT] Attivisti jitgeżwru f’ lożor bojod fuq il-bajja tal-Għadira f’azzjoni simbolika

Attivisti inkluż dawk mil-Moviment Graffiti se ngħaqdu flimkien is-Sibt waranofsinhar f’azzjoni simbolika b’rabta mal-kunflitt f’Gaża

Attivisti mgeżwrin fil-lużari (Ritratt: Moviment Graffiti/Facebook)
Attivisti mgeżwrin fil-lużari (Ritratt: Moviment Graffiti/Facebook)

Attivisti tal-Moviment Graffiti, l-Ambaxxata tal-Istat tal-Palestina u Youth for Palestine ngħaqdu flimkien is-Sibt waranofsinhar f’azzjoni simbolika b’rabta mal-kunflitt f’Gaża.

L-attivisti qalu li l-bajja tal-Għadira ntgħażlet minħabba x-xebħa li għandha ma’ bajjiet xeniċi tal-Mediterran ta’ Gaża u l-madwar li qalu “saru l-palk għall-massakru sistemiku ta’ tfal, nisa u rġiel Palestinjani mill-istat Iżraeljan, oqbra tal-massa jinsabu fil-bajjiet bir-ramel fejn darba kienu jilagħbu t-tfal.”

More in Socjali