Għall kull disa’ għalliema kkwalifikati, hemm għalliem/a wieħed supply fl-iskejjel tal-istat.
Dan intqal b’rabta ma’ mistoqsija parlamentari li staqsiet il-membru parlamentari Nazzjonalista Julie Zahra lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima.
Il-Ministru spjega kif minn 3,641 għalliem li huma impjegati fl-iskejjel tal-istat, irriżulta li 361 minnhom huma supply teacher u 3,286 huma għalliema regolari.
Fl-iskejjel primarji, hemm 1,242 għalliema kwalifikati u 142 għalliema supply. Filwaqt li fl-iskejjel sekondarji rriżulta li hemm 2,038 għalliema kwalifikati u 219 għalliema supply.
Barraminnhekk, Zahra staqsiet kemm mill-għalliema supply għandhom il-kwalifiki neċessarji li huma impjegati f’skola tal-istat. Grima wieġeb u qal li għal kull għalliema supply għandhom il-kwalifiki neċessarji biex jgħallmuhom.