KM Malta Airline b'iktar minn 25,000 booking għall-iskeda tas-sajf

Il-linja nazzjonali l-ġdida tal-ajru ta’ Malta rċeviet aktar minn 250,000 booking għal dan is-Sajf fi ftit aktar minn xahar minn meta nfetħu l-bookings 

Il-linja nazzjonali l-ġdida tal-ajru ta’ Malta rċeviet aktar minn 250,000 booking għal dan is-Sajf fi ftit aktar minn xahar minn meta nfetħu l-bookings.

KM Malta Airlines qalet fi stqarrija li l-bookings għall-ivvjaġġar fil-perjodu tas-Sajf qabżu l-250,000 siġġu, li jirrappreżentaw 18% tal-kapaċità tas-siġġijiet tal-linja tal-ajru għall-istaġun.

Il-linja tal-ajru qalet li l-bookings mill-European Tour Operators u Group Sales ukoll kienu partikolarment b’saħħithom.

Spokesperson għal-linja tal-ajru qal li n-numru ta’ xiri ta’ biljetti sal-lum qabeż l-aspettattivi tal-linja tal-ajru. Qal li dan jixhed l-attrazzjoni tal-istrateġija tar-rotot tal-linja tal-ajru u l-effettività tal-istrutturi l-ġodda tat-tariffi tagħha.

Il-linja tal-ajru qalet li tistenna li l-ivvjaġġar globali jibqa’ sod matul l-2024, bl-ivvjaġġar jibqa’ prijorità għall-klijenti.

Il-linja tal-ajru rringrazzjat lill-klijenti tagħha, lill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ tal-ivvjaġġar u lill-linji tal-ajru msieħba, u żiedet li qed tantiċipa bil-ħerqa li tilqa’ l-ewwel passiġġieri tagħha abbord l-ajruplan tagħha.

L-iskeda tas-Sajf tal-2024 tal-KM Malta Airlines se topera mill-31 ta’ Marzu 2024 sas-26 ta’ Ottubru 2024, bil-linja tal-ajru sservi fi 17-il ajruport madwar 15-il belt Ewropea ewlenija, fosthom f’Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Londra, Milan, Pariġi Charles de Gaulle u aktar. 

More in Socjali