ARUC twissi dwar l-użu ta' prodotti semi-sintetiċi tal-HHC

L-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) qajmet tħassib dwar id-disponibbiltà mifruxa ta’ prodotti ta’ kannabis semi-sintetiċi, partikolarment hexahydrocannabinol (HHC), f’Malta

L-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) qajmet tħassib dwar id-disponibbiltà mifruxa ta’ prodotti ta’ kannabis semi-sintetiċi, partikolarment hexahydrocannabinol (HHC), f’Malta. 

Dawn il-prodotti, magħrufa bħala HXC jew THC-Mix, jinsabu f’firxa wiesgħa ta’ għamla bħal jinkludu firxa ta’ oġġetti bħal ħaxixa, estratti qawwija, u anke oġġetti tal-ikel bħal gummies, mibjugħa fil-miftuħ f'diversi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u permezz ta' servizzi ta’ kunsinna tal-ikel.

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) jitfa’ dawl fuq l-emerġenza tal-HHC fl-Istati Uniti lejn l-aħħar tal-2021. Derivat minn cannabidiol (CBD), li jiġi estratt minn kannabis (hemp) b’THC baxx, l-HHC huwa pożizzjonat bħala sostitut għall-prodotti tradizzjonali tal-kannabis u Tetrahydrocannabinol (THC). 

Rapporti allarmanti jindikaw li meta jiġi kkunsmat f'dożi għoljin, l-HHC jista' jinduċi effetti psikoattivi simili għat-THC. Notevolment, l-HHC ma jaqax taħt kontrolli speċifiċi fis-sistema internazzjonali tal-kontroll tad-droga u jibqa' fil-biċċa l-kbira mhux regolat fil-moġġoranza tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE).

L-ARUC tenfasizza li dawn il-prodotti mhumiex regolati taħt l-ATT Nru LXVI tal-2021 li ġie ppromulgat dan l-aħħar u mhumiex qed iseħħu b'mod naturali fil-pjanta tal-kannabis, speċifikament f'termini ta' Phyto-cannabinoids.

L-EMCDDA rċeviet rapporti permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE dwar sustanzi psikoattivi ġodda (EWS) li jindikaw il-preżenza ta’ HHC fi prodotti madwar 20 Stat Membru tal-UE u n-Norveġja sal-31 ta’ Marzu 2023. 

Dawn il-prodotti jinkludu fjura u raża tal-kannabis (hemp) b’livell baxx ta’ THC, prodotti ta’ vape, u edibles, li juru l-infiltrazzjoni wiesgħa ta’ HHC fis-suq.

L-ARUC tinsab imħassba fuq in-nuqqas ta’ aderenza ma’ prattiċi tajbin, iżda dan in-nuqqas 

jqajjem ir-riskju ta' kontaminazzjonijiet, inklużi residwi ta' estrazzjoni u prodotti sekondarji sintetiċi. Barra minn hekk, traċċi ta' metalli tqal mill-katalist użat fil-proċess ta' idroġenazzjoni jistgħu jkunu preżenti, li joħolqu riskji għas-saħħa. 

Bi tweġiba għal dawn l-isfidi, l-ARUC qed tippjana li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv multidixxiplinarju fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-kumitat se jidħol fi djalogu ma’ pajjiżi tal-UE li qed jiffaċċjaw fenomenu simili, bil-għan li jiddiskuti u jsib soluzzjonijiet marbuta ma’ prodotti emerġenti tal-kannabinojdi semi-sintetiċi.

Minħabba n-natura mhux regolata ta’ dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda u n-nuqqas ta' studji dwar l-effetti tas-saħħa ta’ HHC, l-ARUC jagħti parir bil-qawwa lill-pubbliku biex jeżerċita kawtela meta jittratta prodotti sintetiċi u semi-sintetiċi ta' THC baxx. 

More in Socjali