Ħwienet evakwati wara theddida ta' bomba

Il-Plaza Shopping Complex f'Tas-Sliema bħalissa jinsab magħluq wara theddida ta’ bomba, hekk kif in-nies ġew evakwati mill-post

Il-Plaza Shopping Complex f'Tas-Sliema bħalissa jinsab magħluq wara theddida ta’ bomba, hekk kif in-nies ġew evakwati mill-post.

Il-Pulizija qalet li rapporti ta’ theddida ta’ bomba saru għall-ħabta tal-4:00pm il-Ħamis.

Filwaqt li twettqu evakwazzjonijiet mill-pulizija u t-toroq ingħalqu, is-sidien tal-ħwienet fi Triq Bisazza ġew avżati mill-Pulizija biex jevakwaw ukoll.

Sas-6:30pm tal-Ħamis, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Explosive Ordnance Unit għadhom fuq il-post jagħmlu spezzjonijiet.

Madankollu, kelliem għall-pulizija qal lill-gazzetta oħt MaltaToday li għadu ma nstab xejn suspettuż.

Segwu għall-aktar

More in Socjali