Iktar minn 3,000 każ ta’ vjolenza domestika fl-2022

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) żvela li 3,100 persuna fittxew is-sapport, 195 każ inqas mill-2021. 77.2% tal-vittmi jkunu nisa

Iktar minn 3,000 vittma tal-vjolenza domestika fittxew l-għajnuna, b’77.2% tal-persuni jkunu nisa, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-NSO.

Meta wieħed jagħmel paragun mas-sena 2020, kien hemm żieda ta’ 6.2% fin-numru ta’ każijiet li fittxew l-għajnuna. Iżda meta wieħed jagħmel paragun mas-sena 2022, kien hemm nuqqas ta’ 5.9%.

Matul l-2022, 70.1% ta’ dawk li kienu qed ifittxu l-għajnuna użaw servizz wieħed, 21.1% użaw żewġ servizzi, u 8.7% użaw tliet servizzi jew aktar. Tmienja minn kull 10 utenti tas-servizz kienu nisa.

Il-maġġoranza tal-vittmi fittxew l-għajnuna mingħand id-Domestic Violence Unit fi ħdan Aġenzija Appoġġ (2,093 każ), u d-Dipartiment tal-Pulizija (2,046 rapport individwali).

Xelters u NGOs għenu wkoll lill-vittmi, b’173 każ fix-xelters u 70 każ irrappurtati lil Victim Support Malta. Is-servizzi tas-saħħa ta’ emerġenza rreġistraw 69 każ fl-2022.

More in Socjali