Titwaħħal Speed camera fi Triq Tumas Chetcuti, Ħ'Attard

L-ispeed camera se jkollha veloċità massima ta’ 60 kilometru fis-siegħa u tinsab fi Triq Tumas Chetcuti

Speed camera ġdida fi Triq San Tumas Chetcuti, Ħ'Attard
Speed camera ġdida fi Triq San Tumas Chetcuti, Ħ'Attard

Speed camera ġdida tweħħlet Triq Tumas Chetcuti f’Ħ’Attard, b’veloċità massima ta’ 60 Kilometru fis-siegħa. Barra minn hekk, twaħħlu numru ta’ tabelli ta’ speed camera, kif ukoll il-veloċità massima tat-triq.   

L-ispeed camera tweħħlet għal-vetturi li jkunu ġejjin mill-Bypass tal-Imrieħel, direzzjoni lejn ir-Rabat. Dan wara numru ta’ inċidenti li seħħew matul din il-medda ta’ triq, inkluż każ riċenti fejn żgħażugħa ta’ 17-il sena Kacey Sciberras, li kienet passiġiera, mietet wara li kienet involuta f’ħabta kerha.

Wara l-mewt ta’ Kacey Sciberras u inċidenti li ħallew diversi persuni fil-periklu tal-mewt, pressjoni minn membri tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard, kif ukoll residenti kibret u permezz ta’ diversi diskussjonikiet mal-awtoritajiet jidher li finalment tlestew l-istudji u twaħħlet speed camera ġdida.

More in Socjali