Art agrikola f’Ħal Qormi proposta biex tinbidel fi blokka appartamenti

Proposti pjanijiet biex biċċa art agrikola f’Ħal Qormi tiġi żviluppata fi blokka flats, liema art għandha diversi siġar kbar u strutturi fosthom farmhouse

Faxxa ta’ art agrikola f’Ħal Qormi hija ppjanata għall-iżvilupp ta’ 49 flat fuq ħames sulari minn Silvan Fenech, direttur ta’ Tum Invest.

L-applikazzjoni għall-ippjanar tkopri sit mifrux fuq 2,000sq.m fil-kantuniera bejn Triq ix-Xitwa u Triq il-Helsien.

Alexander Bigeni, l-perit tal-applikazzjoni, jirreferi għas-sit bħala “art vakanti” allavolja tikkonsisti minn art agrikola. Il-perit qal ukoll li l-ebda siġra mhi se titqaċċat riżultat ta’ kwalunkwe skavar jew xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Minkejja dan kollu, l-applikazzjoni mibgħuta lill-Awtorità tal-Ippjanar indikat li l-art fiha diversi siġar, fosthom żewġ siġar kbar.

Iż-żoni tinkludi ukoll strutturi fosthom farmhouse bl-isem ta’ l-Għorfa.

L-iżvilupp residenzjali ta’ din iż-żona jsejjaħ għal tliet sulari u semi-basement, liema binja trid tkun mhux iktar minn 17.5 metri.

Fl-applikazzjoni Fenech jgħid li huwa mhuwiex is-sid iżda qal ukoll li ngħata permess mis-sidien biex japplika propożizzjoni għall-iżvilupp.

Din hija l-ewwel applikazzjoni ta’ żvilupp fuq din l-art agrikola.

More in Socjali