Tinfetaħ mill-ġdid il-bajja f'Bugibba

Il-bajja kienet ingħalqet ħamest’ ijiem ilu minħabba li kien hemm id-drenaġġ, iżda issa tinsab nadifa u miftuħa mill-ġdid

Id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħabbar li wara numru ta’ testijiet permezz ta’ kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm C27 f’Buġibba mill-ġdid hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona ġie rtirat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon  2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected].

More in Socjali