Imutu tliet anzjani bil-Covid-19; il-każi jinżlu taħt it-3,000

Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 100 persuna li qed tirċievi l-kura

Illum l-Awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 169 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 327 persuna oħra rkupraw. Intant, fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet persuni oħra; raġel ta' 86 sena, raġel ta' 93 sena u mara ta' 88 sena. B'hekk l-ammont ta' każi attivi issa naqsu għal 2972 u numru ta' mwiet mill-bidu tal-pandemija s'issa huwa ta' 550.

Sadanittant fl-Isptar Materdei hemm 100 persuna li qed tirċievi l-kura filwaqt li erba' persuni oħra jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Minn naħa l-oħra, sa' issa 329,806 persuna ħadet it-doża tal-booster.

More in Socjali