Suċċess L-Istrina 2021! Jinqabżu l-€5 miljuni fl-10 p.m.

L-Istrina tiġbor €5,000,000 sal-10 p.m...

Hekk kif illum huwa l-għada tal-Milied - Jum l-Istrina -  il-poplu jidher li qed iżomm mat-tradizzjoni ta' kull sena u qed jagħti l-flus bi ħġaru mill-ġdid! Dan hekk kif fl-aħħar ħinijiet tal-maratona annwali l-Istrina (fl-10 p.m.) inqabżu l-€5 miljuni miġbura. l-Istrina issa ilha ssir 26 sena u l-flus imorru għall-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund, li tgħin diversi persuni jgħaddu mill-aktar mumenti diffiċli f'ħajjithom, hekk kif jgħaddu minn diversi sfidi ta' mard, fosthom il-kanċer. 

Fost l-akbar għotjiet kien hemm dik mit-tim ta' Rockestra li ppreżentaw ammont kbir ta' €225,000 - miġburin mill-avveniment mużikali li jsir kull sena u huwa mtella' wkoll b'risq il-Malta Community Chest Fund.

Jekk tixtieq tagħti int ukoll u tkun parti minn din il-festa ta' solidarjetà u ġenerożità, tista' billi tibgħat jew iċċempel fuq: 51902030 - €50                 51802012 - €25             21262626 - Pledeges           50619201 - €11.65

 

More in Socjali