Inizjattiva ġdida onlajn twassal kotba lil tfal vulnerabbli f’Malta

Il-Fondazzjoni identifikat madwar 90 tifel u tifla f’Malta u qed tappella lill-pubbliku biex jgħin jiżgura li dawn it-tfal kollha jkollhom kotba fl-2022!

Kotba għal tfal vulnerabbli mill-FSWS
Kotba għal tfal vulnerabbli mill-FSWS

Illum il-ġurnata, it-tfal għandhom ħafna ġugarelli iżda dejjem inqas kotba madwarhom; dan huwa aktar u aktar fatt fid-djar bi dħul baxx.

Studji fil-qasam juru illi tfal li jaqraw kuljum jiżviluppaw vokabularju usa’, iżidu l-għarfien ġenerali u jifhmu aħjar kulturi oħra. Li jkollok kotba fid-dar mhux biss iħeġġeġ lit-tfal jaqraw aktar iżda huwa pass essenzjali biex jiżguraw is-suċċess tagħhom aktar tard fil-ħajja.

Sfortunatament, minkejja l-avvanzi kontinwi fl-ekonomija u l-istandard tal-għajxien ta’ Malta, xi familji għadhom qed ibatu biex jipprovdu anke l-bżonnijiet bażiċi minħabba dħul limitat u problemi oħra. Din is-sitwazzjoni tħalli lit-tfal vulnerabbli - mingħajr librerija żgħira fid-dar tagħhom li tista' toffrilhom aċċess għall-qari ta' kuljum.

Malta għandha waħda mill-ogħla rati ta' illitteriżmu fl-UE, u li l-kotba jkunu disponibbli aktar faċilment fost it-tfal u familji vulnerabbli, jista jgħin ħafna sabiex jindirizza din il-problema.

Biex tgħin lil min hu fil-bżonn, speċjalment f’dan iż-żmien tas-sena, Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ingħaqdet ma’ Agendabookshop.com – il-bejjiegħa ewlenin tal-kotba onlajn f’Malta. Flimkien, qed imexxu inizjattiva nobbli msejħa 'Agenda Bookshop – Books Make a Difference' - biex jgħinu lit-tfal vulnerabbli jgawdu aċċess aħjar għall-kotba.

Hekk kif is-sena waslet lejn tmiemha, ħafna nies u anke kumpaniji jfittxu kawżi tajba li jistgħu jappoġġjaw. Il-kotba ma jiswewx hafna flus imma jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tat-tfal żgħar.

"FSWS jara l-kotba bħala katalist biex jinvesti fil-benessri, l-edukazzjoni u l-formazzjoni tat-tfal, irrispettivament mill-isfond soċjali jew finanzjarju tagħhom. Permezz tal-qari, it-tfal iżidu l-litteriżmu u l-vokabularju tagħhom, iżda speċjalment jiżviluppaw l-immaġinazzjoni u l-kreattività tagħhom, jespandu l-għarfien tagħhom u jitgħallmu valuri u lezzjonijiet importanti li jistgħu jiġu trasposti għall-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Bil-kollaborazzjoni mal-Agenda Bookshop, qed ngħinu ħafna familji u tfal fil-bżonn biex jiksbu dan. Donazzjoni żgħira se tagħmel triq twila biex ittejjeb l-opportunitajiet tat-tfal għal suċċess futur." – Jean-Paul Zammit Grech, Ħaddiem Anzjan għall-Iżvilupp tal-Komunità fl-FSWS.

Kif taħdem din l-inizjattiva?

Il-Fondazzjoni identifikat madwar 90 tifel u tifla f’Malta u qed tappella lill-pubbliku biex jgħin jiżgura li dawn it-tfal kollha jkollhom kotba fl-2022!

Kull xahar Agendabookshop.com se jkun qed tibgħat lil kull tifel u tifla pakkett ta’ kotba b’valur ta’ €20 – skont il-gosti u l-grupp tal-età tagħhom. Agendabookshop.com se jisponsorja nofs il-valur (€10), u l-pubbliku qed jiġi mistieden biex jgħin jiġbor l-€10 li jifdal. Wieħed jista’ jagħżel li jisponsorja tifel għal sena sħiħa jew mill-inqas xahar jew tnejn.

Biex tagħti donazzjoni hija faċli, u dan kollu jsir online billi żżur il-paġna li ġejja: https://bit.ly/HelpKids2Read. Is-sistema hija kemm sigura kif ukoll divertenti biex tużaha. Id-donaturi se jirċievu ċertifikat ma’ kull ordni permezz ta’ email, li jistgħu jgħaddu jew jistampaw bħala rigal.

"Fl-Agenda Bookshop, aħna passjonati li nagħmlu t-tfal kuntenti, u għalhekk ingħaqadna mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fi proġett komunitarju li jaħdem biex jiżgura lit-tfal vulnerabbli ikollhom librerija ċkejkna fi djarhom. Il-kotba jagħmlu differenza fil-ħajja tat-tfal u aħna nixtiequ nilħqu lil dawk kolla fil-bżonn” qal Louise Attard, E-Commerce manager - Agenda Bookshop.

X'inhi eżatt l-FSWS?

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) tgħin biex jiżviluppaw individwi f'membri responsabbli, integrati u produttivi tas-soċjetà tagħna. Din l-organizzazzjoni taħdem bħala katalist għall-bidla u l-iżvilupp fis-settur tal-benesseri soċjali f’Malta, konsistenti mal-bżonnijiet emerġenti tat-tfal, il-familji u l-komunità biex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali. Ghal aktar tagħrif żur: https://fsws.gov.mt

Agenda Bookshop: Parti minn Miller Group, L-Agenda huma bejjiegħa tal-kotba ewlenin f’Malta. Bi ħwienet madwar il-gżira kollha, huma attivi wkoll onlajn, fejn isir bejgħ ta’ kotba bil-Malti u bl-Ingliż permezz tas-sit elettroniku Agendabookshop.com – l-akbar portal f’dan il-qasam ġewwa Malta. Aqra aktar: https://agendabookshop.com

More in Socjali