Raġel iweġġa' gravi wara nirien f'residenza f'Raħal il-Ġdid

L-ebda persuna oħra preżenti fir-residenza ma sofriet ġrieħi

Raġel ta' 42 sena minn Bormla, sofra ġrieħi kkawżati min-nirien f'residenza. il-każ seħħ kmieni filgħodu f'residenza fi Triq tal-Borg, Raħal il-Ġdid. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li purtiera kienet ħadet in-nar. Flimkien mar-raġel, fir-residenza, kien hemm mara ta' 39 sena u anzjana ta' 75 sena. Dawn ma sofrewx ġrieħi.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. Fuq il-post kien hemm ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Socjali