Il-Papa Franġisku għadu kemm ħatar lill-Kardinal Mario Grech bħala membru tal-ogħla awtorità ġudizzjarja tal-Knisja Kattolika.
Fil-fatt, il-Papa Franġisku ħatar għall-perjodu ta' ħames snin, lill-Kardinal Grech, bħala membru tatt-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika.
Il-Kardinal Grech huwa wkoll is-Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Bħala saċerdot, Mario Grech fl-1986 iggradwa b'liċenzja fil-Liġi Kanonika u Ċivili mill-Università Pontifiċja Lateranensi.
Hu kiseb dottorat fil-Liġi Kanonika mill-Università Pontifiċja Angelicum ta' Ruma.
Sa mill-1988, hu għallem il-Liġi Kanonika fis-Seminarju Djoċesan ta' Għawdex u beda jagħti s-servizz tiegħu fit-Tribunali Ekkleżjastiċi ta' Malta u Għawdex fejn eventwalment laħaq Vigarju Ġudizzjali.