Min-nhar it-Tnejn jerġgħu jibdew iż-żjarat f'San Vinċenz De Paul

Il-ħinijiet taż-żjarat se jkunu bejn l-10.30am u 12.00pm u mbagħad bejn l-16.00pm u s-19.00pm

Min-nhar it-Tnejn li ġej se jerġgħu jibdew iż-żjarat lill-anzjani fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul.

L-operat li bih se jitmexxew dawn iż-żjarat mill-qraba u l-ħbieb tal-anzjani ġie diskuss u maqbul mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.

Il-ħinijiet taż-żjarat se jkunu bejn l-10.30am u 12.00pm u mbagħad bejn l-16.00pm u s-19.00pm

Żjarat:

  • Iż-żjarat isiru bl-appuntament mal-Customer Care ta’ San Vinċenz De Paul fuq 22912373. Hawnhekk il-viżitaturi li jkunu se jattendu jridu jagħtu l-isem u n-numru tal-karta tal-identià tagħhom.
  • It-telefonati għall-appuntamenti jistgħu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm.
  • Jistgħu jattendu massimu ta’ 2 viżitaturi għal kull appuntament. 
  • Importanti li kull viżitatur iġib miegħu maskra jew visor u jrid jilbishom tul il-vista kollha. 
  • Dakinhar tal-appuntament il-viżitaturi jridu jirreġistraw l-wasla tagħhom fil-Main Gate.
  • Il-viżitaturi għandom jippreżentaw il-karta tal-identità fil-post tar-registrazzjoni.
  • Wara r-reġistrazzjoni l-viżitaturi jridu jgħaddu mill-proċess ta’ screening fejn hawnhekk tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom. 
  • Wara l-proċess tal-iscreening il-viżitaturi jistgħu jipproċedu għall-entratura skont is-sala. 
  • Mhuwiex permess li l-viżitaturi jgħaddu minn sala għal oħra biex jaslu fis-sala tagħhom. 
  • Għal dan il-għan se jibqa’ jiġi provdut ix-shuttle service u anki huwa permess li l-viżitaturi jidħlu bil-karozzi tagħhom u jipparkjaw ġewwa San Vinċenz De Paul.

More in Socjali