Salvati 105 immigrant li tpoġġew fuq vapur Malti ġdid ... 18 oħra se jiddaħħlu Malta

Sorsi jgħidu li dawn it-18-il persuna se jiddaħħlu pajjiżna fuq bażi "umanitarja"

Vapur ieħor tal-Captain Morgan salva 105 immigranti matul il-lejl f'żewġ operazzjonijiet ta' salvataġġ li saru mill-Forzi Armati ta' Malta.  18-il persuna oħra, ħafna minnhom nisa u tfal kienu salvati u se jiddaħħlu Malta fejn se jinżammu taħt kwarantina.

Jidher illi l-Forzi Armati kienu involuti f'żewġ operazzjonijiet ta' salvatġġ bl-ewwel operazzjoni tinvolvi lill-P52 li salvat 45 persuna minn fuq dinghy.  Dawn inkludew 39 raġel, tliet nisa - li minnhom tnejn huma tqal - u tliet itfal.

It-tieni salvataġġ sar minn dgħajsa tas-sajd taħt is-sorveljanza tal-AFM.  Sorsi mill-Gvern li tkellmu mas-sit maltatoday.com.mt qalu illi l-eċċezzjoni li jiddaħħlu 18-il persuna kienet sforz "raġunijiet umanitarji"

Il-105 l-oħrajn kienu trasferiti fuq il-vapur u tħallew 13-il mil nawtiku barra l-ibħra Maltin. 

More in Socjali