Coronavirus | Melita tagħti aċċess bla ħlas għall-istazzjonijiet tat-tfal

Dan bil-għan li t-tfal jibqgħu d-dar u ma jkollhom għaliex joħorġu fi żmien li l-iskejjel jinsabu magħluqa

Fi żmien meta t-tfal kollha jinsabu d-dar wara li ngħalqu l-iskejjel, Melita Limited qed tagħti aċċess bla ħlas għall-istazzjonijiet ta’ Disney Channel, Cartoonito, Nick Junior Global u Nickelodeon HD lill-klijenti kollha tat-TV, bħala miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni. 

Fi stqarrija, Melita assigurat lill-klijenti tagħha li n-netwerk hi affidabbli u se tkompli żżomm lil kulħadd konness u informat.

Is-servizz tal-Customer Care se jibqa’ disponibbli u wieħed jista’ jikkuntattja 24 siegħa kuljum, permezz taċ-chat onlajn u tal-Facebook Messenger. 

Il-klijenti jistgħu jużaw ukoll MyMelita biex jiċċekkjaw il-konnessjoni tal-internet, isibu tweġibiet għal mistoqsijiet komuni, iżidu jew ibiddlu s-servizzi u jħallsu l-kontijiet. 

More in Socjali