Tixrobx minn dawn il-fliexken; Jista' jkollhom biċċiet tal-ħġieġ irqaq

Il-prodotti huma: Coca Cola Original Taste u Coca Cola Zero, tal-200ml, ippakkjati f’pakketti ta’ 6

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qiegħed jappella lill-pubbliku biex ma jixrobx minn dawn il-fliexken tal-Coca Cola minħabba li fihom jista’ jkun hemm biċċiet tal-ħġieġ irqaq.

Il-prodotti huma: Coca Cola Original Taste u Coca Cola Zero, tal-200ml, ippakkjati f’pakketti ta’ 6.

Il-lottijiet involuti, li oriġinaw mill-Italja huma:

  • L191218
  • L191219
  • L191220
  • L191221
  • L200107
  • L200108
  • L200109

Prodotti bl-istess isem, li mhumiex b’dawn il-lottijiet kif indikat u f’maħżen differenti, mhumiex affettwati.

More in Socjali