L-Air Malta tniedi Offerti Speċjali lejn ir-Renju Unit

Offerti li jitilgħu sa 40% skont fuq ir-rotot kollha lejn ir-Renju Unit

L-Air Malta għadha kemm nediet offerta għax-xhar ta' Jannar fejn min jaqta'  passaġġ lejn kwalunkwe rotta fir-Renju Unit se jgawdi minn skont sa 40% fuq ir-rotot kollha lejn ir-Renju Unit tagħha. L-offerta tagħlaq nhar it-Tlieta, 28 ta’ Jannar 2020 u hija valida għal titjiriet bejn l-20 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2020.

L-iskont huwa validu għal vjaġġi minn Malta lejn London Heathrow, London Gatwick u Manchester u huwa disponibbli fuq is-sit tal-Air Malta www.airmalta.com, kif ukoll mingħand l-aġenti tal-ivvjaġġar.

Il-postijiet huma limitati u l-iskont mhuwiex applikabbli f’ċerti dati tal-ivvjaġġar. Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. 

More in Socjali