Filmat | Jieħu l-piż fuq spaltu u jibda inizjattiva biex inaddaf il-pajjiż

Il-programm Dwarna jiltaqa’ ma’ Cane Vella, ambjentalista

Il-programm Dwarna jiltaqa’ ma’ Cane Vella, ambjentalista li huwa l-fundatur ta’ Get Trashed Malta.

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jnaddaf mhux biss il-kampanja iżda anke l-ibħra Maltin. 

Vella, f’Londra, studja dwar l-annimali u għalhekk meta jkun miexi fil-kampanja u jara affariijet mormija bl-addoċċ jaf kemm dan l-iskart jagħmel ħsara lill-annimali u l-ilma li tant huwa bżonnjuż fil-pajijż.

Għalhekk, Cane Vella ħa l-inizjattiva u beda jieħu ħsieb li jżomm il-pajjiż nadif b’diversi attivitajiet.

Insista li fil-kampanja, wieħed iserraħ il-moħħu u għalhekk l-indafa fin-natura hija importanti anke għas-saħħa mentali, waqt li fakkar li l-bniedem huwa parti min-natura.

Iżda Vella ma jieqafx hemm. Mhux sempliċiment inaddaf iżda anke hekk jaħdem biex iżid il-kuxjenza biex anke b'azzjonijiet żgħar, kulħadd ikun qiegħed jagħti s-sehem tiegħu.

Fost dan, Cane Vella jappella lill-Maltin biex jixtru prodotti lokali. Insista li l-bastimenti u anke l-ippakjar fil-plastik, għandu effett dirett fuq it-tniġġis tal-arja.

Fi kliem Vella, kulħadd jista' jagħti l-parti tiegħu.

Ara aktar x’kellu xi jgħid Cane Vella

More in Socjali