Ottubru huwa magħruf għall-kampanja Pink October li l-għan prinċipali tagħha huwa li tqajjem il-kuxjenza biex aktar nisa jegħlbu l-biża' u jagħmlu t-testijiet neċessarji għall-kanċer tas-sider.
Il-programm Dwarna tal-bieraħ tratta propju dan is-suġġett u fost oħrajn tkellem ma' Ramona Mifsud, mara li għax għelbet il-biża', laqgħet għall-kanċer tas-sider qabel ma kien tard wisq. Illum Ramona hija survivor u waqt il-programm taqsam l-esperjenza tagħha.
Marielle Dimech titkellem ukoll ma' Esther Sant minn Action for Breast Cancer Foundation u anke ma' Dr Stephanie Xuereb li hija responsabbli min-National Screening Programme.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...