
'Bilfors ikollna nħaddmu l-barranin'
L-iżviluppaturi jilmentaw li 'hawn ħafna investiment imma mhux biżżejjed ħaddiema'

More in Socjali
L-iżviluppaturi jilmentaw li 'hawn ħafna investiment imma mhux biżżejjed ħaddiema'
Diversi nies ta’ pożizzjoni għolja f’settur tal-konstruzzjoni f’Malta qalu li f’Malta hawn nuqqas ta’ ħaddiema li jaħdmu f’dan it-tip ta’ xogħol.
Skont il-president ta’ AX Holdings, Angelo Xuereb, il-problema nibtet minħabba li f’Malta l-livell ta’ għejxien tjieb u għalhekk ħafna żgħażagħ illum il-ġurnata għandhom livell ogħla ta’ edukazzjoni meta kkumparat ma’ ġenerazzjonijiet preċedenti u għalhekk mhumiex imħajrin jagħmlu xogħol ta’ purtinara, carers u labourers.
Għaldaqstant, Xuereb qal li din il-problema ta’ skarsezza ta’ ħaddiema tapplika wkoll għal setturi oħra bħas-settur finazjarju. “M’għandniex għażla oħra, bilfors ikollna nħaddmu nies barranin.”
Nazareno Vassallo, President ta’ Vassallo Group iddiskriva din bħala ‘problema serja’ hekk kif tkellem dwar li “sikwit ikollhom jirrifjutaw xogħol minħabba l-fatt li ma jsibux biżżejjed nies imħarġin.”
Vassallo ddeskriva din il-problema bħala “n-naħa l-oħra tal-munita.”
F’intervista ma’ The Business Observer hu sostna li l-‘boom’ ta’ kostruzzjoni f’pajjiżna qed twassal għal skarsità ta’ ħaddiema u kuntrattur li jagħmlu dan ix-xogħol.
“Matul iż-żmien, bnejna relazzjoni tajba mal-kuntratturi li naħdmu magħhom, din ir-relazzjoni kienet tgħinna sabiex dawn ikunu jafu eżatt xi rridu aħna minnhom. Madankollu, l-iskarsità ta’ ħaddiema fuq din il-gżira taffettwa l-katina kollha mill-bennejja sal-kuntratturi ta’ manutenzjoni u elettriku u anke għas-sengħat tal-irfinar.
Din id-dikjarazzjoni kienet issekondata mill-Perit Xuereb li qal li n-numru ta’ ċittadini Maltin li jaspiraw għall-karriera f’dan is-settur niżel drastikament. Xuereb qal li din qiegħda tiġi kkumpensata minn flus kbar ta’ ħaddiema barranin, kemm minn ġewwa l-Unjoni Ewropea kif ukoll kemm minbarra l-Unjoni Ewropea.
Barra minn dan, il-President tal-Assoccazjoni Maltija tal-Iżvilupaturi, Sandro Chetcuti qal li “din hija problema li jeħtieġ nindirizzawha”, hawn ħafna investiment però m’hawnx biżżejjed ħaddiema. Nappella lil-gvern sabiex iħares lejn pjan long term biex iħajjar iż-żgħażagħ jieħdu interess fis-sengħa. Huwa inutli jkollok din l-attività kollha mingħajr il-ħaddiema.”
Chetcuti appella lill-gvern ukoll biex “ noqogħdu attenti sabiex ma nikkreawx bużżieqa... huwa importanti li nsibu bilanċ, inflazzjoni tagħmel iktar ħsara milli ġid, għandna bżonn ninvestu għal perjodu fit-tul.