'Għaddieli l-ħsieb tal-mewt..għidt jekk għandi mmut aħjar mmur malajr'

Sena wara li kien tant viċin il-mewt waqt attakk terroristiku fi Brussell .... Lorenzo jitkellem dwar il-mewt, il-ħajja u l-familja li tant jgħożż

Sena wara l-attakk terroristiku fi Brussell u fil-ġimgħa illi matulha ħafna tkellmu dwar l-attakki li seħħew f'Londra, għada il-gazzetta bil-Malti ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM tintervista lil Lorenzo Vella, vittma tal-attakk teroristiku fi Brussell. Lorenzo kien viċin illi jitlef ħajtu hekk kif kien ftit biss il-bogħod minn fejn kienet moħbija l-bomba fl-ajruport. 

F'intervista b'saħħitha u emozzjonali, Vella jħares lura lejn dak il-jum li fih kellu jmur vaganza ma' sħabu u kollegi fosthom Cyrus Engerer u Joseph Vella, it-tnejn impjegati f'Dar Malta. Jiftakar il-parti importanti li lagħbet martu Cheryl, hekk kif it-traġedja bdiet isseħħ u jitkellem ukoll dwar ħajtu llum. U Vella x'se jgħidlu lil ibnu Elija dwar il-barranin u l-Musulmani? 

Għada, fl-istess gazzetta l-qarrejja tagħna se jkunu jistgħu jaqraw ukoll dwar l-ewwel erba' snin ta' Gvern Laburista, permezz ta' analiżi ta' tliet paġni, aktar dwar il-kwoti tan-nisa fil-Parlament u r-reklamar (product placement) kontinwu fid-drama Maltija hix bżonnjuża jew hux qed tbaxxi l-kwalità. 

Fuq l-ILLUM se tkun tista taqra dwar dak li għandu xi jgħid Franco Debono dwar il-Finanzjament tal-Partiti, Carmel Cacopardo dwar il-koalizzjonijiet u r-rakkont mill-isbaħ ta' Sharon Calleja. 

....u tinsewx taraw xi jgħidu l-istilel tagħkhom għal din il-ġimgħa

More in Socjali