Se jieħu sehem fil-maratona... avolja tilef saqajn

Noel Cacciatolo tilef saqajn ftit żmien ilu, u minħabba dan huwa jinsab f’siġġu tar-roti. F’Marzu 2017 hu ser jipprova jlesti n-nofs maratona b’riżq l-Inspire...

Noel Cacciatolo tilef saqajn ftit żmien ilu, u minħabba dan huwa jinsab f’siġġu tar-roti. Iżda f’Marzu 2017 hu ser jipprova jlesti n-nofs maratona b’riżq l-Inspire...

Jista’ jkun li Noel Cacciattolo tilef saqajn minħabba l-isfortuna, imma bis-saħħa tad-determinazzjoni qawwija tiegħu, b’fiżjoterapija intensa u volontà inkredibbli biex jgħix, mhux biss irnexxielu jerġa’ jimxi, iżda issa qiegħed jieħu sehem f’attivitajiet li uħud jistgħu jqisuhom bħala sfidi impossibbli.

Wara li għadda minn operazzjoni oħra ftit ġimgħat ilu, u wara li għal darb’oħra għadda xahar f’ċentru ta’ riabilitazzjoni, nhar is-Sibt li għadda Noel ipparteċipa fil-mixja Happy Day bħala għajnuna għall-Inspire.  “Il-fatt li rnexxieli nagħmel rotta ta’ 5km huwa biss il-bidu,” spjega.  “L-isfida li jmiss tiegħi hija li nlesti n-Nofs Maratona ta’ Malta, f’Marzu 2017.  Dan ifisser xhur twal ta’ taħriġ, imma jien determinat li nagħmel dan, u li niġbor il-fondi għall-Inspire,  għaliex huma tassew għenuni f’kull pass tal-mixja tiegħi.  Jien nittrejnja fil-Fitness Centre tal-Inspire, u jiena tassew grat għall-faċilitajiet kollha, għall-istaff, kif ukoll għall-għarfien kollu li toffri l-fondazzjoni.”

Il-Fondazzjoni Inspire tisponserja s-sħubija ta’ Noel għall-Fitness Centre, kif tagħmel ukoll ma’ ħafna persuni oħra li għandhom diversi diżabilitajiet.  

Inti tista’ tappoġġja lil Noel billi tingħaqad ma’ Team Noel meta tapplika biex timxi jew tiġri n-Nofs Maratona ta’ Malta. Meta tagħmel dan inti tista’ tagħti l-fus biex tgħin din il-kawża, u b’hekk tgħin lil Noel jiġbor aktar fondi.  Applika biex tipparteċipa fin-Nofs Maratona ta’ Malta fuq www.maltamarathon.com.  Jekk ma tistax timxi jew tiġri, xorta tista’ tappoġġja lil Noel billi tagħti kontribuzzjoni għal Team Noel fuq www.inspire.org.mt.

Tista’ tagħżel li toffri kemm tixtieq int, imma ħaġa waħda hi ċerta – kull ċenteżmu li tagħti jfisser li l-mili tiegħek isarrfu aktar. Kull ċenteżmu li toffri għall-Fondazzjoni Inspire imur biex jgħin lil aktar tfal, adulti u familji li qed jaffaċċjaw xi tip ta’ diżabilità – persuni li bħal Noel isibu appoġġ u għajnuna mill-Inspire, sabiex jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

L-Inspire temmen li kulħadd għandu d-dritt għall-ugwaljanza u l-inklużjoni. Il-missjoni tagħna hi li ngħinu lil kull min għandu diżabilità sabiex jikseb dan. Aħna nagħmlu dan billi nipprovdu lill-individwi u lill-familji tagħhom b’servizzi edukazzjonali, terapewtiċi u ta’ divertiment. Aħna naħdmu wkoll għall-inklużjoni, sabiex nedukaw lill-pubbliku ġenerali, inqajmu kuxjenza fost il-partijiet interessati u għandna l-aqwa bażi ta’ għarfien dwar id-diżabilità fuq il-gżira.

Illum l-Inspire tgħin lil aktar minn 1000 individwu b’diversi diżabilitajiet li jvarjaw minn Down Syndrome, għal Awtiżmu, Cerebral Palsy u oħrajn. Aħna nagħmlu dan permezz ta’ diversi servizzi u programmi għad-diżabilità li huma offruti b’rata tassew sussidjata u f’xi każijiet mingħajr ħlas.

More in Socjali