L-aqwa maratoneta tal-pajjiż jingħata Ġieħ in-Nadur

Charlton Debono hu l-iżgħar li qatt rebaħ dan il-premju fi 18-il sena

Fl-okkażżjoni ta' Jum il-Kunsill 2016, u lejliet il-Festa ta' San Koronatu fin-Nadur, il-Kunsill Lokali pprezenta l-Premju ta' "Gieh in-Nadur 2016" liż-żagħżugħ Charlton Debono. Din il-preżentazzjoni mis-Sindku Edward Said saret waqt kunċert bl-isem ta' "Big Band Adventures" mis-Soċjeta Filarmonika Mnarja (taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Grech), proprju fit-Teatru MBC fin-Nadur, nhar is-Sibt li għadda, 12 ta' Novembru. Charlton Debono rebaħ dan l-unur fil-lokalita ghas-suċċessi tiegħu fil-qasam sportiv, partikularment dak tal-atletika (ġiri). Charlton, li twieled fl-1984, miżżewweg u għalliem, ikkompeta f'kompetizzjonijiet tal-ġiri kemm f'Għawdex, f'Malta u anke barra minn xtutna. Minbarra r-rebħ kontinwu tiegħu fl-aħħar sentejn u l-ħinijiet rekords tieghu, huwa rrapprezenta lil pajjjizna fil-World Half Marathon Championships f'Wales, u fic-Championships of Small States of Europe. Charlton Debono huwa it-tmintax ir-rebbieh ta' dan il-premju sa mill-1998, u l-izghar li qatt rebah dan il-premju fin-Nadur.

More in Socjali