Ikkundannat 1,503 sena talli stupra lil bintu ripetutament

L-akbar kundanna li qatt ingħatat...

Raġel ta' 41 sena minn Fresno, Kalifornja ġie ikundannat 1,503 sena ħabs talli stupra lil bintu adolexxenti ripetutament għal 4 snin sħaħ.

Skont il-media Amerikana din hi l-akbar kundanna ta' ħabs li qatt ingħatat fl-istat ta' Kalifornja. Il-ġurija sabet lil Rene Lopez ħati ta' 186 kap ta' akkuża dwar vjolenza sesswali, fosthom għexieren ta' rejati dwar stupru ta' tifla taħt l-eta.

L-akkuża sostniet li l-ewwel darba li t-tifla ġiet abbużata sesswalment kienet minn ħabib tal-familja u missierha flok ipproteġiha trasformaha f'oġġett ta' proprjetà tiegħu. It-tifla kienet tiġi stuprata tliet darbiet fil-ġimgħa bejn Mejju tal-2009 u Mejju tal-2013, sakemm hija sabet il-kuraġġ li taħrab mid-dar.

L-imħallef qal li dan il-bniedem hu periklu għas-soċjetà fejn mhux biss m'uriex rimors għal dak li għamel imma beda jwaħħal fit-tifla għal dak li għamlilha hu.

 

More in Socjali