Jiftħu l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2015

Servizz li din is-sena ħa jkun offrut bejn it-13 ta' Lulju sal-4 ta' Settembru

Jinfetħu l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2015. Il-ħlas ta' reġistrazzjoni huwa ta' €25 u l-programm se jiġi offrut bejn it-13 ta’ Lulju u l-4 ta’ Settembru. Il-ħinijiet tal-programm huma bejn 08.30am - 12.30pm. L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-30 ta’ April.

Dan hu servizz li fih tim ta' persuni ddedikati u li huma mħarrġa professjonalment imexxu kull ċentru ta' Skolasajf. Kull ċentru se jkollu koordinatur, li jkun responsabbli għat-tmexxija ġenerali taċ-ċentru u play workers rispettivi li jorganizzaw attivitajiet divertenti bħall-arti, it-tisjir, il-qari tal-istejjer, attivitajiet mużikali, sports u kompetizzjonijiet edukattivi.
 
Iktar informazzjoni, kif ukoll l-applikazzjonijiet fuq is-sit tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi fuq www.fes.org.mt

More in Socjali